Spikka il-kulur: aħdar, aħmar, abjad u iswed waqt il-mixja għal Gaza li sar fil-Belt Valletta, li fiħ ipparteċipaw il-Moviment Graffitti kif ukoll il Youth For Palestine.
Hekk kif dawk preżenti flimkien żammew numru ta’ bnadar tat-territorju Palestinjan, biex juru l-appoġġ tagħhom lil dawk f’Gaza.
L-Ambaxatur tal-Palestinjani, Fadi Hanania, qal li din is-sena fl-art imqaddsa mhux se jiġi ċċelebrat il-millied hekk kif din l-art qed issir qisha ċimiterju. Huwa qal li is-sofferenza tal-Palestinjani hemm bżonn li tieqaf hekk kif issa dawn ilhom 75 sena jgħixu taħt okkupazzjoni.
Minn naħa tiegħu Andre Callus f’isem Moviment Graffitti qal li dan il-ġenoċidju jeħtieġ li jieqaf. Waqt li kelliema f’isem Youth for Palestine qaletl li b]al Izraeljani, l-Palestinjani għandhom dritt li jgħixu mingħajr biża.
//= $special ?>