Futbol Sport

Napoli b’opportunità li jnaqqsu d-distakk minn ma ta’ fuq bil-konfront kontra Inter

(Ritratt EPA)

Fl-iktar partita interessanti din il-ġimgħa, Napoli se jkollhom l- b’opportunità li jipprovaw inaqqsu d-distakk minn ma’ ta’ fuq hekk kif se jospitaw lil Inter fi Stadio Diego Armando Maradona għada fid-8:45pm. In-Nerazzuri gwadinjaw punt kruċjali fl-aħħar partita kontra Juventus, filwaqt li fl-ewwel partita mir-ritorn ta’ Walter Mazzar, Napoli bdew b’rebħa fuq Atalanta ta’ 2-1.

Illum se jkollna tlett partiti oħra, bl-ewwel partita tibda fit-3:00pm fejn naraw il-konfront bejn Genoa u Empoli, bit-tieni partita tintlagħab fl-Olimpico, b’Lazio jospitaw lil Cagliari fis-6:00pm. L-aħħar partita f’San Siro, b’ Milan ukoll jipprovaw jegħlbu lill-avversarji biex jalqu d-distakk minn ma’ Inter u Juventus, ir-Rossoneri se jikkonfrontaw lil Frosinone.

Apparti l-partita bejn Napoli u Inter il-Ħadd, naraw ukoll numru ta’ partiti oħra interessanti gaħada. Lecce kontra Bologna fin-12:30pm, segwita minn żewġ partiti fit-3:00pm, b’ Fiorentina jospitaw lil Salernitana u Udinese jittamaw li jirritornaw għar-rebħ kontra Hellas Verona.  Sassuolo kontra Roma se tkun il-partita li se tintlagħab fis-6:00pm.

L-aħħar logħba skedata fl-14-il ġurnata tas-Serie A se tintlagħab it-Tnejn fid-8:45pm, fejn Torino se jilagħbu kontra Atalanta.

Ilbieraħ
Monza v Juventus 1-2
Illum
Genoa v Empoli 3:00pm
Lazio v Cagliari 6:00pm
Milan v Frosinone 8:45pm
Għada
Lecce v Bologna 12:30pm
Fiorentina v Salernitana 3:00pm
Udinese v Verona 3:00pm
Sassuolo v Roma 6:00pm
Napoli v Inter 8:45pm