Lokali

Seminar dwar l-importanza ta’ iżjed għarfien dwar id-dijabete

‘Know your risk, Know your treatment’. Din kienet it-tema ewlenija kif ukoll il-mesaġġ ewlieni tas-seminar nazzjonali dwar id-dijabete.

Chris Delicata il-President tal-Assoċjazzjoni tad-Dijabete, qalilna li din it-tema kienet magħżula għas-seminar biex ikun hawn iżjed għarfien dwar id-dijabete minn aspetti differenti, fosthom il-prevenzjoni u l-kumplikazzjonijiet li din il-kundizzjoni tista’ twassal għalihom kif ukoll l-importanza ta’ dita bilanċjata.

F’Malta għandna rata għolja ta’ dijabete, infati huwa stmat li 11% tal-adulti ibatu minn xi tip jew ieħor ta’ dijabete. Għalhekk huwa importanti ħafna li jkun hawn iżjed għarfien dwar din il-kundizzjoni, kemm fil-livell ta’ prevenzjoni kif ukoll dwar l-importanza tal-iscreeaning, kif spjegalna sew Stephen Fava l-Kap tad-Dipartiment ta’ Dijabete f’Mater Dei.

Fava spjegalna wkoll li jekk din il-kundizzjoni ma tkunx trattata kif suppost din taf twassal għal kumplikazzjonijiet serji, bħal problemi fil-kliewi u fl-għajnejn kif ukoll problemi fiċ-ċirkulazzjoni li jwasslu għal attakki ta’ puplesija, u saħansitra anka tipi differenti ta’ kanċer.

Madanakollu bosta mill-kumplikazzjonijiet jistgħu jiġu evitati, jekk minn ikun djanjostikat jiħu l-kura neċċessarja u jsegwi dieta bilanċjata.

Intant ġie spjegat li hemm korrelazzjoni wkoll bejn il-piż u dijabete, hekk kif iż-żieda fil-piż iżżid ir-riskju ta’ dijabete type 2, għalhekk ikun siewi li ninkludu ammont ta’ ħaxix, frott kif ukoll ħut fid-dieta tagħna.