Lokali Qorti

Tliet snin ħabs talli ffroda raġel mal-€10,200

Raġel ta’ 49 sena weħel tliet snin ħabs wara li ffroda raġel b’€10,200 billi qallu li jaħdem f’Kastilja u jista’ jirranġalu li jsiblu xogħol fil-Freeport.

Emanuel Xerri kien mixli li wettaq dan f’Ġunju tal-2017, bil-Pulizija tibda tinvestiga wara rapport li sarilha.

Oħt il-mara tal-vittma kienet għaddiet madwar €10,200 lill-akkużat.

Il-vittma qal li hu kemm-il darba kien ikkuntattja lill-akkużat biex jara meta se jibda xogħol iżda dejjem kien iġiblu skużi li nqala’ xi ħaġa.

Wara li semgħet dawn il-provi l-Maġistrat Claire Stafrace Zammit qalet li mix-xhieda jirriżulta li Xerri ffroda lill-vittma u għalhekk sabitu ħati.