Futbol Sport

Floriana weħidhom fl-ewwel post b’rebħa fuq ir-rivali Valletta

(Ritratt: Josef Fitzpatrick)

Andrè Muscat

FLORIANA…………….1

VALLETTA……………0

Floriana: G. Kitanov, A. Magri Overend (M. Veselji 77’), J. Ulises Arias (L. De Grazia 83’), K. Reid, M. de Sousa (K. Nwoko 77’), D. Vella, O. Spiteri, M. Garcia, C. Zammit Lonardelli, M. Valadzko, A. Kouro

Valletta: J. Galea, J. Bolanos Ramires (J. Azzopardi 90+3’), S. Ferraris (D. Garba 90+3’), S. Dimech (A. Silas 77’), C. Gauci, F. Falcone, B. Paiber, V. Filho, F. Jose Vega, N. Micallef, J. Benites (D. Cardoso 89’)

Imwissija: N. Micallef 29’ (V), O. Spiteri 42’ (F), N. Micallef 55’ (V), J. Bolanos Ramires 80’ (V), C. Zammit Lonardelli 87’ (F), L. De Grazia 90+2’ (F), G. Kitanovo 90+4’ (F)

Skorja: L. De Grazia 90+2’ (F)

Referee: Philip Farrugia

Assistenti Referees: Luke Portelli u Vasil Vasilev

BOV Plejer tal-Logħba: Shaun DImech (Valletta)

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Shaun Dimech (Valletta)

Fl-istadium Nazzjonali, Floriana meritatament ħadu tlett punti fid-derby kontra Valletta, biex baqgħu l-unika tim fil-Kampjonat Premier bla telfa kif ukoll weħidhom fil-quċċata bi tliet punti fuq Ħamrun Spartans.

L-ewwel periklu fil-partita jasal mit-tim tal-Floriana wara 18-il minuta logħob fejn mix-xellug Valadzko jdendel kross fuq it-tieni lasta, fejn isib lil Arias li dan tal-aħħar bir-ras jipprova lejn il-lasta Beltija, b’Jake Galea attent u b’diffikulta’ jdawwar f’korner. Fil-21 minuta kienu l-Beltin perikolużi wara li Ferraris mill-lemin tefa’ kross lejn in-nofs bil-ballun jasal f’saqajn Shaun Dimech, bil-captain Belti jara’ x-xutt tiegħu jgħaddi ftit barra mil-lasta Furjaniża. Free kick favur Floriana fid-29 minuta, kien Arias li mix-xellug indirizza l-istess freekick dirett lejn il-lasta Beltija bil-goalkeeper ta’ Valletta bil-ponn ibiegħed il-periklu mil-lasta tiegħu.

Kemar Ried għal Floriana jara d-daqqa ta’ ras tiegħu imdawra f’korner mill-goalkeeper Belti, żewġ minuti fuq il-ħin mogħti żejjed wara li rċieva kross minn freekick ta’ Arias.

B’taqsima mill-isbaħ b’ħafna pusses tal-ballun miż-żewġ timijiet rispettivi, iżda bi ftit azzjonijiet ta’ periklu lejn il-lasti, mat-tsifira ta’ Philip Farrugia t-timijiet daħlu jistrieħu f’parità ta’ 0-0.

Mas-siegħa logħob tasal l-ewwel azzjoni perikoluża fit-tieni taqsima li ġiet mit-tim Belti. Kien Neil Micallef li mix-xellug tefa’ kross lejn Falcone b’dan tal-aħħar niżżel lejn Jonnattann Benites, bil-Brażiljan ifajjar xutt minn barra l-kaxxa bil-ballun jgħaddi ftit il-barra mil-lasta Furjaniża.

Żewġ minuti fuq il-ħin regolarmentari Floriana jiżblukkaw ir-riżultat fil-partita b’dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa. Kien Kemar Reid b’ġirja mix-xellug u b’azzjoni personali jidħol fil-kaxxa l-kbira, fejn tefa’ kross fuq it-tieni lasta li sab lil Lorenzo De Grazia b’dan tal-aħħar waħdu quddiem lasta vojta ma jiżbaljax biex jitfa’ lill-partitarji numerużi f’dellirju ta’ ferħ.

Floriana rrnexilhom iżommu l-vantaġġ sat-tisfira finali tar-referee Philip Farrugia.

B’din ir-rebħa Floriana baqgħu fil-quċċata tal-klassifika tal-Kampjonat Premier u issa fetħu vantaġġ ta’ tlett punti fuq Ħamrun Spartans, filwaqt li l-problemi għall-Beltin komplew jikbru, hekk kif baqgħu fiż-żona tar-relegazzjoni b’10 punti wara d-disa’ ġurnata tal-kampjonat.

(Ritratt: Josef Fitzpatrick)