Dan huwa t-tielet jum illi l-Air Malta kellha tikkanċella numru ta’ titjiriet lejn l-ajruport ta’ Munich, hekk kif l-istess ajruport jinsab magħluq minħabba borra qawwija li niżlet fil-belt ta’ Munich dawn l-aħħar jiem.
Fost it-titjiriet li ġew ikkanċellati llum, huma KM308 minn Malta għal Munich u KM309 minn Munich għal Malta.
Il-kumpaniji tal-ajru qed jistennew aktar dettalji mill-ajruport ta’ Munich fil-ħin u l-ġranet li ġejjin.
//= $special ?>