Hekk kif għaddiet sena mit-traġedja li ħasdet il-ħajja taż-żagħżugħ ta’ 20 sena Jean Paul Sofia, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech sellem il-memorja tiegħu.
F’post fuq il-midja soċjali Bernard Grech fakkar li matul din is-sena l-poplu ġġieled sabiex issir ġustizzja bil-Partit Nazzjonalista ressaq u vvota favur Inkjesta Pubblika. Huwa qal li l-poplu kollu għex il-martirju mal-ġenituri u l-qraba u ddeskriva dan kollu bħala bikja ta’ nazzjon.
Bernard Grech qal li għal din il-ħajja mitlufa kmieni wisq eluf ta’ Maltin u Għawdxin niżlu jipprotestaw fit-toroq.
Għaldaqstant, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech sostna li hemm bżonn li tittieħed azzjoni b’mod immedjat jekk verament irridu ġustizzja u sigurtà.
Intant, f’kumment li ħalliet taħt dan il-post Isabelle Bonnici irringrazzjat lil Bernard Grech kif ukoll lill-Partit Nazzjonalista għas-sapport u l-għajnuna fi żmien tant diffiċli.
//= $special ?>