Id-direttriċi tal-konkors tas-sbuħija ‘Miss Nikaragwa’ qed tiffaċċja akkużi dwar ‘kumplott’ u ‘manipulazzjoni’ talli hi, allegatament, ħadmet minn taħt biex tgħin lit-tfajliet konkorrenti li jopponu għall-Gvern tal-President Daniel Ortega.
Il-konkors ta’ Miss Nikragwa, fit-18 ta’ Novembru, intrebħet minn Sheynnis Palacios u fejn il-President tal-pajjiż, Daniel Ortega kien ferħilha ‘għal dan il-mument ta’ ferħ leġittimu.’.
Intant, id-direttriċi Karen Celebertti hi akkużata wkoll dwar ‘attentati biex il-konkorsi tas-sbuħija jinbidlu f’avvenimenti politiċi kontra l-Gvern tan-Nikaragwa’ u fejn issemma wkoll allegat iffinanzjar minn aġenti barranin.
Akkuża oħra kontra Celebertti tinvolvi ħasil fal-flus u ċ-ċirkulazzjoni ta’ aħbarijiet foloz. Dan wara li hi, f’Ottubru,kienet ipprojbita milli tidħol lura pajjiżha – bir-raġel tagħha u binha jispiċċaw arrestati fin-Nikaragwa dwar akkużi relatati ma’ kumplott li jmorru lura għal ħames snin.
//= $special ?>