Ġermaniż safa mejjet u tnejn oħra sofrew minn xi ġrieħi wara attakk b’sikkina u b’martell fiz-zona ta’ Quai de Grenelle, Pariġi, Franza.
L-attakk seħħ għall-ħabta tas-7 pm meta raġel attakka koppja b’sikkina. L-aggressur ipprova jaħrab mill-Pulizija u waqt dan attakk żewġ persuni oħra b’martell.
L-aggressur, Franċiż ta’ 25 sena, inqabad mill-Pulizija u ġie arrestat, b’rapporti qed jgħidu li r-raġel kien qed jgħajjat “Allahu Akbar” u qal lill-Pulizija li kien qed jagħmel dan minħabba li “ħafna Musulmani qed imutu fl-Afganistan u fil-Palestina.”
Il-Ministru Franċiż tal-Intern, Gerald Darmanin qal li l-aggressur kien ħareġ mill-ħabs fl-2020 wara li kien qed jiskonta sentenza t’erba’ snin.
//= $special ?>