Deskritta bħala sitwazzjoni surreali dik marbuta mal-impjieg fantażma illi kien ngħata lid-Deputat Rosianne Cutajar – li sal-lum għadha fil-qalba tal-PL, tant li aktar kmieni din is-sena kienet preżenti fil-Laqgħa Annwali tal-Labour fic-Ċentru Nazzjonali Laburista.
Il-gazzetta The Sunday Times of Malta ddedikat l-editorjal tagħha għax-xogħol meqjus “fantażma” li ingħatala mal-ITS b’mod irregolari. Dan wara li Cutajar ngħatat dan l-impjieg ta’ konsulenza mingħajr ebda kwalifiċi. U apparti minn hekk, Cutajar lanqas kienet kapaċi tippreżenta mqar prova waħda li hi waħda biex turi li hi wettqet dak mitlub minnha f’dan l-irwol.
Wieħed ma jistax jinsa kif Rosianne Cutajar lanqas biss iddikjarat li kellha dan id-dħul mill-ITS.
Bl-editorjal jgħid li l-inqas ħaġa li l-Parlament Malti jista’ jagħmel hu li jqassam il-flus tal-poplu Malti u Għawdxi b’mod iktar responsabbli… u jassigura li verament jgħin lin-nies minflok iberbaq il-flus fuq dawk tal-qalba.
Dan il-każ wassal għall-kundanna ta’ diversi persuni u għaqdiet, fosthom il-Kunsill Studenti Universitarji fejn esprima t-tħassib li kollox miexi fid-direzzjoni l-ħażina bla ma ħadd mhu qed iwaqqaf lil dawk responsabbli. U kien għalhekk li wissew lill-Prim Ministru, Robert Abela, u lill-Kummissarju tal-Pulizija, Angelo Gafa biex minnufih jaġixxu.
Quddiem dan kollu, il-Kap tal-PN Bernard Grech kien qal illi f’pajjiż fejn nemmnu li għandna nippremjaw lill-bieżel, il-każ ta’ Cutajar huwa inaċetabbli; aktar u aktar meta dan l-aġir isir minn Deputat tal-poplu. U b’hekk il-Partit Nazzjonalista qed jappella biex jiġu rritornati l-flus misruqa minn ħalq il-poplu Malti u Għawdxi.
//= $special ?>