Futbol Sport

Sliema fit-tielet post b’rebħa fuq Hibernians

(Ritratt: Catriel Farrugia)

HIBERNIANS…………….0

SLIEMA W……………….…1

Hibernians: I. Kone, F. Apap, C. Bonanni, K. Shaw, R. Bairam (Z. Grech 72′), G. Artiles (A. Attard 82′), B. Kristensen, A. Bruno, J. Degabriele (L. Guedes 82′), G. Bastianos, R. Antwi (A. Hovhannisyan 72′)

Sliema W: R. Al Tumi, G. Alcino, H. Murilo, J. Borg, D. Kouao, M. Beerman, J. Minala, E. Agius (M. Scerri 72′), J. Adukor (S. Gomes 60′), G. Acheampong, V. Plut

Imwissija: R. Bairam 47′, F. Apap 64′, A. Bruno 83′ (H), M. Henrique 31′, G. Acheampong 64′ (S)

Skorja: D. Kouao 67′ (S)

Referee: Alex Johnson

Assistenti Referees: Roberto Vella u David Castillo

BOV Plejer tal-Logħba: Denis Kouao (Sliema Wanderers)

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Denis Kouao (Sliema Wanderers)

Sliema lura għar-rebħ meta fl-Istadium Nazzjonali għelbu lil Hibernians 1-0 b’gowl tal-Ivorjan Denis Kouao fis-67 minuta.

Bidu kwiet ħafna għal partita tant li kellna nistennew sat-30 minuta biex rajna l-ewwel konklużjoni lejn il-lasti meta kien Vito Plut għal Sliema li prova fil-baxx bil-ballun jgħaddi ftit barra.

Din kienet prattikament l-unika azzjoni perikoluża fl-ewwel taqsima biż-żewġ timijiet jidħlu jistrieħu fi draw ta’ mingħajr gowls.

Fit-tieni taqsima l-andament baqa’ l-istess u kien fis-66 minuta li Sliema reġgħu marru viċin meta l-istess Vito Plut ra x-xutt tiegħu jaħbat mal-wieqfa u jibqa’ sejjer barra.

Din l-azzjoni waslet biss minuta qabel il-gowl tar-rebħa tas-Slimiżi hekk kif fis-67 minuta b’xutt minn barra l-kaxxa, Denis Kouao għeleb lil Kone.

Fil-75 minuta Rashed Al Tumi, goalkeeper ta’ Sliema kien strumentali meta salva d-daqqa ta’ ras ta’ Kurt Shaw minn kross ta’ Giannis Bastianos.

L-isforzi ta’ Hibernians kienu kollha għal xejn bi Sliema jirnexxilhom iżommu l-vantaġġ minimu u jieħdu tliet punti li jpoġġuhom fit-tielet post b’16-il punt daqs Marsaxlokk.