“Illum qegħdin hawn sabiex napprovaw dawn it-tliet mozzjonijiet u nagħdu messaġġ ċar li l-Partit Nazzjonalista se jkun qiegħed jimbotta mudell ekonomiku ġdid li jaħdem għalik u mhux li jħadmek, se nindirizzaw il-problemi tal-għoli tal-ħajja u se nagħmlu żgur li jkollna tmexxija serja u integrà, sabiex b’hekk verament ikollna pajjiż li verament lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.”
Dan qalu is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino waqt il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista bit-tema ‘Ħajja Aħjar f’Pajjiżna.’
“Għaxar snin ilu Gvern Laburista ħareġ bl-għajta li Malta hija tagħna wkoll, iżda llkoll nafu li fl-aħħar għaxar snin, kellna Gvern Laburista li kien bla pjan u bla direzzjoni, u spiċċa biex ħa diversi deċizjonijiet zbaljati, għad-detriment tal-poplu Malti u Għawdxi,” sostna is-Segretarju Ġenerali tal-PN.
Michael Piccinino insista li hemm bonn Gvern differenti, Gvern integrù, għaliex bħalissa għandna partit fil-Gvern li għandu l-pjan ekonomiku tiegħu ibbażat fuq ic-cheap labour u mhux fuq il-kwalità. Minn naħa l-oħra l-Partit Nazzjonalista jrid u se ikompli jaħdem sabiex issaħħaħ is-setturi ekonomiċi li ġew ikkreati fi żmien Gvern Nazzjonalista.
Dwar il-problema tal-għoli tal-ħajja, Michael Piccinino sostna li ma jistax ikollok Gvern li jrid itejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-poplu Malti meta huwa nnifsu mhux jagħti kas l-appelli tal-poplu. Meta għandek Gvern li moħħu biex issikket l-Avukat Ġenerali u l-Kumissarju tal-Pulizija sabiex jagħti xturu.
“Irridu nagħtu fiduċja ġdida sabiex ma jkollokx għalfejn tħossok fgat f’pajjiżek stess, sabiex ma jkollniex 70% taż-żgħażagħ li jridu jitilqu minn pajjiżna għaliex xebgħu f’art tweliedhom. Irridu nagħtu tama ġdida f’pajjiżna, bi tmexxija serja u integrà għall-poplu Malti u Għawdxi kollu.”
//= $special ?>