Internazzjonali

11-il persuna tilfu ħajjithom wara li żbroffa vulkan fl-Indoneżja

11-il persuna nstabu mejta qrib il-qalba tal-vulkan Marapi fl-Indoneżja, wara li dan żbroffa matul tmiem il-ġimgħa.

Fortunatament tlett persuni ġew salvati kmieni llum filgħodu, madanakollu 12-il persuna oħra għadhom nieqsa. Dawk salvati llum, flimkien ma dawk li nstabu lbieraħ ittieħdu l-isptar għall-aktar kura hekk kif dawn instabu dgħajfa ħafna u b’xi ħruq.

Il-Muntanja Marapi hija waħda minn 127 vulkan li huma attivi fl-Indonesja u matul il-jum tal-Ħadd kien ikkalkulat li l-irmied tal-vulkan laħaq għoli ta’ madwar 3 metri. Dan filwaqt li l-Awtorijiet ħarġu ordni biex ir-resident jibqgħu 3 km il-bogħod minn fejn żbroffa il-vulkan.

Intant it-tfittxija għal dawk nieqsa ma tistax tkompli sakemm ikunu waqfu kompletament l-erruzzjonijiet.