Internazzjonali

AĠĠORNATA: Numru ta’ Maltin iqattgħu r-raba’ jum maqbudin fl-Ajruport ta’ Munich

Diversi Maltin qed jaqsmu l-esperjenzi tagħhom hekk kif ilhom il-jiem maqbudin fi Munich hekk kif l-ajruport jinsab magħluq kawża ta’ borra qawwija li ilha nieżla għal dawn l-aħħar jiem.

Jidher li llum, l-ajurport ippermetta wħud mit-titjiriet biex joperaw, iżda dawn tal-Air Malta għadhom ma ngħatawx id-direzzjoni biex itiru mill-ajruport, fost numru kbir ta’ titjiriet oħra.

It-titjiriet tal-Air Malta ilhom jitħassru minn nhar il-Ġimgħa li għadda, b’dawk tal-lum jidhru li se jitħassru wkoll. Dan biex la l-passiġġiera li kienu se jitilqu minn Malta għal Munich u lanqas dawk li kienu se jtiru minn Munich lura lejn pajjiżna ma jistgħu jivjaġġaw.

S’issa, il-mijiet ta’ titjiriet ġew ikkanċellati kaġun tal-ammont ta’ borra li niżlet fl-aħħar sigħat. Anke t-trasport pubbliku u l-ferroviji kellhom iwaqqfu temporanjament il-vjaġġi skedati.

Dawn huma t-titjiriet kollha tal-Air Malta li ġew ikkanċellati:

L-1 ta’ Diċembru: KM309

It-2 ta’ Diċembru: KM306, KM307, KM308, u KM309

It-3 ta’ Diċembru: KM306, KM307, KM308, u KM309

L-4 ta’ Diċembru: KM306, KM307, KM308, u KM309