Internazzjonali

Fil-Lvant Nofsani: Il-Forzi Iżraeljani joqorbu lejn in-naħa t’ Isfel ta’ Gaza

Fl-aħħar siegħat numru ta’ siti qed jirrapurtaw li komplew l-attaki ta’ Iżrael fuq Gaza, inkluż in-naħa t’ Isfel ta’ Gaza, dan wara li bosta residenti f’ Gaża kienu mitluba biex jevakwaw minn naħa ta’ fuq ta’ Gaza għan naħa t’ isfel ta’ Gaza fil-bidu ta’ din il-gwerra. Jidher li wara il-pawsa mill-ġlied li ntemmet il-Ġimgħa, l-Iżrael ħareġ jattakka b’iktar forża.

Intant il-militar Iżraeljan, permezz ta’ post fuq il-media soċjali qalu li qatlu kmandant tal-Hamas, li kien mexxa l-attaki tal-Hamas fuq Iżreal fis-7 ta’ Ottubru, u li kien ħa ħsieb ukoll l-attakki fuq l-isptar ta’ Al-Shifa.

U wara li The New York Times kien ippublika rapport jgħid li l-militar Iżraeljan kien ilu sena jaf bil-pjanijiet tal-Hamas, illum l-Forzi ta’ Difiża Iżraeljana ħarġu jiċħdu dawn l-akkużżi.