Rosianne Cutajar għanda tirreżenja u Robert Abela għandu jitbiegħed mill-kultura li daħħal Joseph Muscat; kultura tal-pjaċiri. Hija din id-dikjarazzjoni ċara li għamel l-editorjal tal-Malta Indipendet nhar il-Ħadd li għadda, meta kritika b’saħħa l-aħħar saga li daħal fiha l-Gvern Laburista.
Bl-editur ifakkar kif Rosianne Cutajar naqset milli tidikjara id-dħul tagħħa mill-job li kellha mal-ITS; tant li ftit tal-jiem ilu l-Awditur Ġenerali, iddiskriva dan l-istess impjieg bħala wieħed frawdalenti u irregolari.
L-editur jinsisti li Cutajar kellha tirreżenja minn membru parlamentari. U l-fatt li r-riżenja ma waslitx, turi li dan huwa kapitlu ieħor ikraħ fl-istorja tal-politika Maltija.
Irrispetivament mill-fatt li irriżenjat mill-Partit Laburista l-Independent tgħid illi dan mhux biżejjed, għax il-politiċi għandhom ikunu eżemplari – u fl-aġir ta’ Cutajar ma hemm xejn eżemplari.
L-editorjal spjega wkoll kif mir-rapport tal-Awiditur Ġenerali, joħorġu żewġ punti interesanti.
L-ewwel punt huwa dwar il-prassi żbaljata li l-backbenchers jingħataw impjiegi ta’ konsulenza.
Din hi ħaġa li ġiet kritikatta ħafna drabi, hekk kif dawn l-impjiegi jmorru kontra l-prinċipju fundamentali ta’ differenza bejn ix-xogħol tal-Gvern u l-impjieg parlamentari.
Pero jidher li l-Gvern ta’ Robert Abela ma tgħallem xejn minn din il-kwistjoni ta’ Rosianne Cutajar, hekk kif propju tlett ijiem ilu l-backbencher Omar Farrugia inħatar l-kariga ta’ chairperson ta’ SportMalta.
It-tieni punt li qajjem ir-rapport tal-Awditur Ġenerali huwa li l-Membri Parlamentari m’għandux ikunu protetti bil-preskrizzjoni. U allura, ma jistax ikun hemm limitu ta’ sena biss sakemm wieħed jipproċedi kontrihom minħabba ksur ta’ etika.
Intant, din il-polemika tal-job li ingħatat Cutajar spiċċat tema wkoll ta’ diversi karikaturi – inkluż fil-gazzetta ‘il-mument’, u fl-Independent stess, illi penġieta bħala gradwata tal-ITS li se ssajjar majjalata.
//= $special ?>