Claudette Buttigieg, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet fil-parlament li bl-emendi li qed iressaq u bil-mod kif ssa qed jitkellem, il-gvern qed jagħti raġun lill-PN dwar il-ħaddiema barranin.
Id-deputat Nazzjonalsta qalet li l-gvern Laburista issa qed jikkonferma kemm il-PN għandu raġun jitkellem dwar l-isfruttament tal-ħaddiema. Hi sostniet li l-Ministeru tat-Turiżmu għandu pressjoni kbira minħabba li fis-settur tat-turiżmu m’hemmx ħaddiema mħarrġa.
Claudette Buttigieg kompliet li l-gvern qed jipprova jagħti l-impressjoni li m’hawnx liġijiet dwar is-settur tal-ħaddiema barranin meta fil-fatt il-liġijiet ilhom fis-seħħ mill-1996. Fil-fatt il-gvern kull ma ressaq kienu biss emendi għal-liġijiet eżistenti.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-aġenziji qed iġibu numru kbir ta’ ħaddiema barranin għax iktar jaqbillhom milli jġibu ftit. Fil-verità anki liċenzja diġà teżisti. Aktar minn 170 aġenzija li jġibu l-ħaddiema barranin ġew liċenzjati bejn l-2013 u l-2023. Fl-2019 kien hemm 34 aġenziji liċenzjati, qalet id-deputat Nazzjonalista, li spjegat kif il-gvern suppost induna b’dak li kien iseħħ għaliex dan l-ammont jammota għal ammont kbir komparat ma’ dak li seħħ snin twal qabel.
Il-gvern kien jaf li għandu problema ta’ numru enormi ta’ liċenzji iżda ma bediex jirregola l-aġenziji iktar qabel.
Claudette Buttigieg sostniet li hemm aġenziji li jġibu aħddiema li huma reġistrati biex jagħmlu massaġġi fil-parlours u fil-gentleman’s clubs iżda jispiċċaw jaħdmu f’setturi fejn hemm abbużi. Malta hi kkunsidrata bħala pajjiż li jittraffika l-persuni, anki tfal. Uħud minn dawn il-persuni qed jinżammu f’kundizzjonijiet bla drittijiet; din hi realtà tal-biża’.
Kull min pprova jinforza regoli twarrab, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li l-gentleman’s club qed ipartu lin-nies li jkunu fil-clubs; dawn huma ħaddiema li għaddew minn aġenzija. Dawn huma nisa sfruttati u kontrollati u ma jistgħu jagħmlu xejn.