Il-maġġoranza tal-operaturi Għawdxin fis-settur turistiku huma kontra l-pjan tal-Gvern li jintroduċi skills card mill-1 ta’ Jannar li ġej. Dan għaliex din l-inizjattiva kellha tiddaħħal b’mod aktar gradwali.
Fil-fatt, survey li sar mill-Assoċjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu (GTA) juri li 54% jemmnu li dan mhux żmien tajjeb biex tiddaħħal l-iskills card. Għalkemm il-maġġoranza xorta qed jinsistu li l-ħaddiema għandhom ikollhom għarfien bażiku tal-Ingliż.
Din il-card se tkun għal ħaddiema li mhux ġejjin mill-UE, u se tkun tiswa’ €575.
Il-mossa tal-iskills card iddaħħlet wara li l-Gvern tilef il-kontroll taż-żieda fil-popolazzjoni, minħabba li imbarka fuq politika ta’ importazzjoni ta’ ħaddiema barranin – ħafna minnhom ġejjin minn pajjiżi ferm ‘il bogħod, u li bdew jitħaddmu biċ-cheap labour.
Fl-aħħar ġimgħat, anke l-MHRA kritikat il-mod li bih se tiddaħħal din il-card għall-ħaddiema barranin. U issa jidher li anke l-operaturi Għawdxin qed juru tħassib serju.
//= $special ?>