Il-werrieta ta’ Daphne Caruana Galizia kitbu lill-pulizija fejn talbu azzjoni kriminali dwar ix-xogħol “frawdolenti” tal-gvern mogħti lid-Deputat Rosianne Cutajar fl-2019. L-avukat tal-familja Jason Azzopardi ressaq ilment kriminali kemm mal-Kummissarju tal-Pulizija kif ukoll mal-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.
Fl-ilment, il-familja tgħid li l-pulizija ilha mill-2020 kellha provi tar-reati, li jinkludu misapproprjazzjoni u ħasil tal-flus. Investigazzjoni mill-Awditur Ġenerali ppubblikata l-ġimgħa li għaddiet żvelat kif l-impjieg ta’ Cutajar bħala konsulent tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) kien “frawdolenti”, “irregolari” u “bi ksur” tal-policy u l-proċeduri kollha tal-impjiegi pubbliċi.
Cutajar kienet ftaħret dwar ix-xogħol jew in-nuqqas ta’ xogħol li tagħmel biex tikseb vantaġġ fi chats ma’ Yorgen Fenech, li hu suspettat li orkestra l-qtil ta’ Caruana Galizia f’Ottubru 2017. Hi kienet qalet ukoll li “le kulħadd jitħanżer għaliex le.”
Fenech qed iwieġeb mhux ħati li li kellu x’jaqsam mal-qtil tal-ġurnalista Caruana Galizia u mistenni jibda għaddej ġuri s-sena d-dieħla. Fiċ-chats tagħha ma’ Yorgen Fenech, Cutajar qalet: “Jien mhux se nibqa’ ninkwieta u se nsir konsulenta ma’ Pierre tal-ITS, u ndaħħal salarju ieħor fil-but.”
Hi segwiet dan iċ-chat billi qalet lil Fenech li bi: “Ma jimpurtaniex, kulħadd qed jitħanżer”. Minbarra li ikkritika l-mod kif Cutajar ngħatat ix-xogħol ta’ konsulenza, l-awditur ġenerali sab ukoll li kienet ingaġġata biex tagħmel xogħol li ma kinitx kompetenti li tagħmel u ftit li xejn kien hemm evidenza li tissuġġerixxi li għamlet xi xogħol.
Il-familja ta’ Caruana Galizia talbet investigazzjoni dwar Cutajar, il-Kap Eżekuttiv tal-ITS Pierre Fenech, kif ukoll l-eks Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi u ċ-chief of staff tiegħu Kevin Borg. Il-Prim Ministru Robert Abela ma qabilx li Fenech jirriżenja minn CEO, u minflok tefa’ t-tort kollu fuq Konrad Mizzi.
Robert Abela qal li kemm Fenech kif ukoll Borg kienu sempliċement isegwu ordnijiet li tah l-eks ministru meta ġie biex jimpjega lil Cutajar bħala konsulent tal-ITS. Konrad Mizzi kien implikat f’diversi skandli, għalkemm għadu ma tressaqx il-Qorti biex jiffaċċja akkużi.
Cutajar stess irriżenjat mill-kabinett ta’ Abela fuq ir-rwol tagħha bħala broker fi ftehim ta’ proprjetà ta’ €3.1 miljun li kien jinvolvi lil Yorgen Fenech. Il-Partit Nazzjonalista qal li se jkun qed jippreżenta mozzjoni parlamentari li titlob li Cutajar tagħti lura l-fondi li rċeviet “bla mistħoqq” mingħand l-ITS.
Cutajar irriżenjat mill-grupp parlamentari Laburista f’April, wara li l-awtur Mark Camilleri ppubblika ċ-chats kollha bejnha u Yorgen Fenech. Madankollu, hija baqgħet fil-parlament bħala MP indipendenti, anke jekk baqgħet dejjem tappoġġa kull ma jagħmel il-Partit Laburista fil-parlament.