Fit-12 ta’ Ġunju 2024, is-soċjeta Mużikali Trinita’ Qaddisa Marsa A.D. 1949 ser tiċċelebra il-75 sena mit-twaqqif tagħha.
Għall-ewwel darba l-Banda Trinita Mqaddsa Malta, bħalha parti miċ-ċelebrazzjonijiet ser toħroġ barra minn xtutna, bejn il-5 u 8 ta’ Diċembru 2023.
Nhar is-6 ta’ Diċembru, f’Ruma, l-banda ser tattendi u tieħu sehem waqt l-Udjenza Ġenerali tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku. Nhar is-7 ta’ Diċembru ser ittelgħa kunċert prestiġjuż Sant’Andrea Della Valle, li hija t-tieni l-akbar bażilika f’Ruma . Għal dan il-kunċert li jġib l-isem “Venite Adoremus” huma mistiedna għalih mistednin distinti fosthom il-Kardinal Malti Mario Grech. Il-kunċert ser ikun imxandar internazzjonalment fuq it-televiżjoni.
Dan kollu ma setax iseħħ mingħajr l-għajnuna kbira tal-Ambaxxatur Malti għall-Vatikan Frank Zammit.
//= $special ?>