Lokali

L-Air Malta tħassar it-titjiriet kollha ta’ wara it-30 ta’ Marzu

Ritratt: Matthew Tabone

L-Air Malta ħabret li ser tkun qed tħassar il-bookings kollha tal-31 ta’ Marzu u titjiriet kollha ta’ wara u li ser tkun qed trodd lura il-flus kollha(inkluż it-taxxi) lill-konsumaturi b’mod dirett. Waqt li dawk li qatgħu l-biljetti minngħand aġenzija, l-aġenti ser ikunu qed jagħtuhom il-flus kollha lura inkluż it-taxxi.

Il-KM Malta Airlines ser tkun qed tiħu post l-Air Malta, u huwa mifhum li din ser tkun qed tuża l-istess ajruplani.

Inant il-KM Airlines ser tkun qed tiftaħ il-bookings fuq 2 fażijiet, l-ewwel fażi hija dik li nfetħet illum, fejn ser ikunu jistgħu ssiru bookings mingħand l-aġenziji tal-ivjaġġar, kif ukoll minn pjataformi online tat-terżi partijiet. Waqt li konsumaturi individwali ser ikunu jistgħu jagħmlu bookings billi jċemplu n-numru ta’ KM Malta Airlines: +35621356000.

It-tieni fażi tidħol fis-seħħ mill-11 ta’ Diċembru, fejn il-bookings ser ikunu jistgħu ssiru online dirretament mis-sit uffiċjali tal-KM Malta Airlines.

L-iskeda tas-sajf 2024 ta’ KM Malta Airlines, li ser tibda mill-31 ta’ Marzu u tibqa’ sejra sas-26 ta’ Ottubru ser tkun qed toffri titjiriet lejn 17-il ajruport fi 15-il pajjiż Ewropej li huma: Amsterdam, Berlin, Brussell, Katanja, Dusseldorf, Gatwick u Heathrow f’Londra, Lyon, Madrid, Milan, Munich, Charles de Gaulle u Orly f’Pariġi, Praga, Ruma, Vjenna u Zurich.