Internazzjonali

L-iżbroff tal-vulkan fl-Indoneżja: Il-mejtin jistgħu jitilgħu wara s-sejba tal-hikers

L-iżbroff tal-vulkan ta’ Marapi fi tmiem il-ġimgħa rriżulta fl-imwiet ta’ ħdax-il hiker f’dik iz-zona – bl-awtoritajiet , jissospendu t-tfittxija għal tnax oħra rappurtati neqsin u meta l-vulkan għadu s’issa attiv.

L-awtoritajiet wissew biex in-nies isegwu d-direttivi sussegwenti fost l-evakwazzjoni tal-gruppi li kienu qegħdin jesploraw il-muntanja.

Kien hemm madwar 80 hiker fl-inħawi waqt l-iżbroff kbir tal-Ħadd u meta fl-aħħar sigħat kien hemm  ukoll it-theżżiż sekondarju fil-madwar tal-vulkan li, qabel, kien tella’ daħna ġmied f’għoli ta’ tliet kilometri. Dan b’konsegwenza ta’ xita kbira ta’ ġmied għal fuq il-villaġġi viċin tal-vulkan li hu fost l-aktar attivi minn fost il-127 vulkani tal-Indoneżja.

Fl-aħħar sigħat, l-iskwadri għall-emerġenzi ħelsu numru żgħir ta’ nies mill-muntanja Marapi qabel irtiraw  minn hemmhekk fost il-periklu.

L-agħar żbroff fl-istorja mill-vulkan ta’ Marapi kien seħħ fl-1979 u fejn mietu talanqas 60 b’konsegwenza.