Futbol Sport

Rebħa komda għal Torino

(Ritratt: EPA)

Torino kisbu rebħa komda ta’ 3-0 fuq Atalanta. L-eks tal-partita Duvan Zapata fetaħ l-iskor wara 22 minuta. Torino rduppjaw fit-tieni taqsima permezz ta’ penalty skorjat minn Antonio Sanabria.

Lejn it-tmiem Torino għamluhom 3-0 u kien għal darb’oħra Duvan Zapata li skorja wara azzjoni personali.