Lokali Qorti

Sitt xhur ħabs wara li pprova jħalli Malta b’dokument falz

Marokkin ta’ 21 sena ġie kundannat sitt xhur ħabs mill-Maġistrat Gabriella Vella wara li ammetta li ffalsifika karta tal-identità Belġjana sabiex jaħrab minn Malta. Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Karl Roberts qal li bħal lum ġimgħa filgħaxija, Osama Gushgel ippreżenta ruħu fit-‘ticket booth’ biex jaqbad titjira lejn Bergamo, fejn l-persuna nkarigata mill-imbark innutat li l-karta tal-identità kienet falza.

Gushgel gie arrest fuq il-post u wara li ġie nterrogat, ammetta li xtara karta tal-identità Belġjana ghal valur ta’ 300 mitt ewro minn persuna mit-Turkija bil-ghan li jahrab minn Malta. Fil-Qorti, l-prosekuzzjoni flimkien mal-Avukat tad-difiza Martha Mifsud qablu li piena ghandha tkun minima minhabba li l-akkuzat kkopera mill-ewwel mal-pulizija u ammetta ghar-reat fi stadju bikri tal-proċeduri.