Sirjan ta’ 27 sena qed jissielet għal ħajtu wara li waqa’ għoli ta’ madwar tliet sulari waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol ma’ faċċata fi Triq Carlo Manchè, il-Gżira għall-ħabta tas-14:30.
Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet il-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.
//= $special ?>