Sport Sport Ieħor

Blackball: Claudio Cassar jegħleb lil Lydan Debono u jirbaħ it-tielet ranking tournament

Intemm it-tielet tournament ta’ kwalifikazzjoni għat-tazza tan-nazzjonijiet 2024 organizzat mill-Federazzjoni Maltija tal-Blackball.

Ħames rebbieħa fil-kategorija rispettiva tagħhom. Fil-finali tal-irġiel Claudio Cassar għeleb lil Lydan Debono 10-5.

Cassar fetaħ vantaġġ ta’ erba’ punti sakemm Debono wettaq reazzjoni għalkemm ftit seta’ jagħmel kontra Claudio Cassar li baqa’ konsistenti sal-aħħar biex rebaħ 10-5.

Fil-finali ta’ taħt it-18-il sena, logħba interessanti bejn Jake Castaldi u Steven Muscat b’tal-aħħar jirbaħ 9-7. Logħba inċerta sal-aħħar bid-determinazzjoni ta’ Muscat kienet fattur importanti.

Daniel Vella għeleb lil Christian Spiteri 9-7 fil-finali ta’ taħt it-23 sena filwaqt li fil-finali Seniors ta’ ‘l fuq minn 40 sena Chris Tabone għeleb lil Lee Grima 10-3.

Jason Mangion rebaħ lil Michel Curmi 10-7 fil-finali Masters 50+.

Il-finali ntlgħabu fil-Klabb Anici f’Ħal Qormi bit-trofej ippreżentati mill-membru anzjan tal-Federazzjoni Lino Lauro.