Wara rebħa ta’ 7-1 fuq Tim A Sliema Club Lounge ,Tim A Floriana Premier Cars baqgħu bi tliet punti vantaġġ fuq l-eqreb rivali Tim A Ħamrun Bayern fil-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-Malta Darts Association.
Floriana kienu ferm konsistenti fil-logħob tagħhom u rebħu game wara l-oħra fejn Sliema setgħu jnaqqsu l-iskor darba biss.
Tim A Ħamrun Bayern baqgħu fit-tieni post wara li ddominaw fil-konfront tagħhom kontra Floriana Ajax MCP fejn rebħu 8-0 filwaqt li Żejtun Laċċi jinsabu f’pożizzjoni tajba fil-klassifika wara rebħa ta’ 7-1 kontra Birżebbuġa Lions.
PO’s Bar u Tim B Ħamrun Bayern ħadu punt kull wieħed wara draw ta’ 4-4.
Fil-Kampjonat tat-tieni diviżjoni, Domus Men’s u Tim A Birgu Boċċi qed jaqsmu l-ewwel post tal-klassifika.
Wara li Tim A Birgu Boċċi Club rebħu lil Tim A Leah’s Bar 8-0, Domus Men’s ġew miżmuma fi draw ta’ 4-4 kontra Duke’s Darts Team.
Fil-Kampjonat tat-tielet diviżjoni, Żejtun Laċċi Maypole baqgħu fl-ewwel post tal-klassifika wara li għelbu lil Tal-Balklor Senglea 6-2.
//= $special ?>