Arsenal kisbu rebħa ta’ 4-3 barra minn darhom għand Luton Town. Gabriel Martinelli poġġa lil Arsenal fil-vantaġġ. Gabriel Osho ġab l-iskor indaqs għal Luton. Arsenal għal darb’oħra fil-vantaġġ permezz ta’ Gabriel Jesus. Fit-tieni taqsima, Luton ħarġu fuq l-offensiva u kien Elijah Adebayo li għamilhom 2-2. Luton għall-ewwel darba fil-vantaġġ fis-57 minuta permezz ta’ Ross Barkley. Arsenal rrispondew fil-pront u kien Kai Havertz li għamilhom 3-3, biex fl-aħħar sekondi tal-partita kien Declan Rice li skorja l-gowl li ta rebħa ta’ 4-3 lit-tim ta’ Mikel Arteta.
Wolves kisbu rebħa minima iżda importanti ta’ 1-0 kontra Burnley. Il-gowl li ddeċieda l-konfront kien skorjat fit-42 minuta permezz ta’ Hwang Hee-chan.
//= $special ?>