Internazzjonali Kurżitajiet Xjenza u Teknoloġija

Ħarġulhom it-trailer ta’ Grand Theft Auto qabel it-tnedija uffiċjali

Il-logħba GTA 3, Vice City u San Andreas se tkun disponibbli fuq Netflix mill-14 ta' Diċembru

It-trailer għas-sitt logħba mis-serje Grand Theft Auto (GTA VI) spiċċa illikjat online qabel ħareġ b’mod uffiċjali. Dan wara għaxar snin ta’ stennija.

Il-logħba hija ibbażata fuq storja ta’ imħabba u kriminalità bejn il-protagonista, Lucia, u raġel anonimu. It-trailer juri biċ-ċar li l-logħba għandha toħroġ fis-sena 2025.

GTA saret waħda mill-aktar video games popolari wara Minecraft. Din żviluppat oriġinarjament f’Dundee fl-1997 minn DMA Design, iżda aktar tard ħadet l-isem ta’ Rockstar North, GTA.

GTA VI damet ħafna snin biex toħroġ u James Binns, President tal-Logħob fil-kumpanija Network N, qal li dan jista’ jiġi spjegat mis-suċċess kbir ta’ GTA V – fejn inbiegħu 190 miljun kopja madwar id-dinja kollha.

Din il-logħba issa qiegħda fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika ta’ Xbox, Playstation u PC.

Intant, il-logħba GTA 3 se tkun disponibbli għall-abbonati ta’ Netflix fuq il-mobiles mill-14 ta’ Diċembru.