Internazzjonali

Il-Ġermanja: Inkonvenjent kbir fl-ajruport ta’ Munich fost il-maltemp kontinwu

Numru kbir ta’ passiġġieri qed jilmentaw dwar allegat nuqqas ta’ appoġġ mil-linji tal-ajru wara li l-maltemp – iddominat mill-borra u l-friża – wassal għas-sospensjoni ta’ ħafna titjiriet mill-ajruport ta’ Munich.

Skont l-aħħar rapporti kienu biss ftit l-ajruplani li setgħu jinżlu u jitilgħu minn dan l-ajruport u bis-sitwazzjoni tibqa’ imprevedibbli sa ftit tal-ħin ilu.

L-ajruport ta’ Munich hu t-tieni l-aktar hub tal-ajru fil-Ġermanja u li fl-aħħar jiem kellu jġarrab l-impatt tal-borra u l-ħalbiet tax-xita bis-silġ.

Dan fost il-kaos inevitabbli għall-eluf tal-passiġġieri u l-posponiment inevitabbli tas-servizzi. Dan meta llum tħassru ‘il fuq minn 80 titjira mill-ajruport ta’ Munich u bl-oħrajn jaqgħu lura sew fl-iskeda.