Il-Gvern ivvota kontra li titnaqqas l-età tal-liċenzja tas-sewqan tal-karozzi għal 17-il sena.
Id-deċiżjoni tal-Gvern tħabbret waqt il-Kunsill tal-Ministri għat-Trasport li sar fi Brussell, fejn f’isem Malta kien preżenti l-Ministru Aaron Farrugia.
Il-Gvern Malti qed jgħid illi minkejja li ħafna mill-Istati Membri l-oħra appoġġjaw din il-proposta, Malta ma tatx l-appoġġ tagħha li ż-żgħażagħ ta’ 17-il sena jkunu jistgħu jsuqu.
Issa, din il-proposta se tiġi negozjata mal-Parlament Ewropew.
//= $special ?>