F’għeluq is-37 anniversarju mill-Qtil Politiku ta’ Raymond Caruana, illejla l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech mexxa delegazzjoni tal-Partit f’ċerimonja ta’ tqegħid tal-fjuri fuq il-qabar ta’ Raymond Caruana.

Wara din iċ-ċerimonja, inżammet Quddiesa b’suffraġġju għal ruħ Raymond, filwaqt li wara ttellgħet Attività Politika fil-Każin tal-Partit fil-Gudja stess, li 37 sena ilu kien fil-mira ta’ kriminali politiċi li sparaw tiri ta’ sub-machinegun minn karozza.


Matul l-Attività Politika, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li dak li seħħ 37 sena ilu għandu jara li llum is-soċjetà tirrikonoxxi dak li sar u nħarsu ‘l quddiem. Semma’ l-importanza li pajjiżna jkollu istituzzjonijiet li jaħdmu u li ssaltan il-governanza ġusta.
//= $special ?>