Grazzi lill-voluntiera kollha f’pajjiżna tal-ħidma bla qies tagħhom
Fi stqarrija maħruġa minn Graziella Galea, l-Kelliema għall-Inklużjoni u l-Volontarjat qalet li f’pajjiżna nsibu mijiet ta’ għaqdiet volontarji u eluf ta’ voluntieri li prattikament ikopru kull aspett tal-ħajja tagħna. Meta wieħed iqis li f’Malta għandna madwar 1,800 għaqda volontarja malajr jinduna li s-sehem tal-għaqdiet volontarji hu wieħed fundamentali biex is-soċjetà tagħna timxi ‘l quddiem. L-eluf ta’ volontiera li jwettqu dan ix-xogħol ħaqqhom kull tifħir. Ħaqqhom ukoll kull għajnuna possibbli.
Illum, il-5 ta’ Diċembru, qed jiġi imfakkar il-Jum Internazzjonali tal-Voluntieri. It-tema magħżula għal din is-sena min-Nazzjonijiet Uniti hi: “the power of collective action: if everyone did”. Din it-tema tirrifletti l-fatt li kieku kulħadd jagħti l-kontribut tiegħu fil-qasam tal-volontarjat, id-dinja tkun ferm aħjar.
Il-Partit Nazzjonalista jemmen bis-sħiħ fil-ħidma li titwettaq mill-għaqdiet volontarji u l-voluntiera, u jirringrazzjahom tal-ħidma li jwettqu b’tant dedikazzjoni u impenn.
Hu għalhekk li l-Partit Nazzjonalista ser ikompli jagħti l-appoġġ kollu lill-għaqdiet volontarji u lill-voluntiera li tant iwettqu ġid fil-ħajja ta’ diversi. Hu għal dan il-għan li l-Partit Nazzjonalista isostni politika li permezz tagħha l-għaqdiet volontarji jkomplu jsaħħu s-sehem tagħhom fis-soċjetà.
Dan intqal fi stqarrija maħrugha mill- tad-Deputata tal-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>