Lokali

“Il-PN għandu ċ-ċavetta għal opportunitajiet li joffru ħajja aħjar” – Bernard Grech

Kunsill Ġenerali li approva tliet pożizzjonijiet importanti ferm – Kunsill Ġenerali li permezz tiegħu, il-Partit Nazzjonalista baqa’ jinsiti li kull ċittadin ħaqqu ‘ħajja aħjar f’pajjiżna’.

It-tlett mozzjonijiet tal-PN iffukaw fuq mudell ekonomiku ġdid u viżjoni ta’ eċċellenza; l-isfida tal-għoli tal-ħajja; u governanza tajba u integrità fil-politika.

Wara l-approvazzjoni tal-mozzjonijiet fil-Kunsill Ġenerali, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li l-viżjoni tal-partit se twassal biex jinħolqu eluf ta’ impjiegi ġodda li jkunu verament ta’ kwalita.

Bernard Grech huwa kommess li permezz tal-politika li jħaddan il-Partit Nazzjonalista, kulħadd ikun jista’ jgħix ħajja aħjar.

Fil-messaġġ tiegħu fuq il-media socjali, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li dan kollu jista’ jsir biss jekk kulħadd jaħdem id f’id.

Issa wara dan il-Kunsill Ġenerali, tkompli l-ħidma tal-Partit Nazzjonalista… ħidma li fiċ-ċentru tagħha hemm biss il-bniedem… ħidma li se twassal sabiex verament ikun hawn ħajja aħjar f’pajjiżna għal kulħadd.

Din il-ġimgħa hija ukoll importanti għall-fatt li l-Ħadd li ġej issir il-maratona ġbir ta’ fondi; apparti attivitajiet kontinwi u laqgħat man-nies li jkomplu anke f’dan iż-żmien ta’ festi.