MALTA……………………..2
LATVJA………………………1
MALTA: J. Xuereb, A. Said, E. Lipman, S. Farrugia, R. Cuschieri, A. Sultana (M. Farrugia 46′), K. Willis, B. Borg, E. Xuereb, N. Sciberras (S. Zammit 77′), H. Bugeja.
LATVJA: E. Vaivode; A. Flakse (D. Suvitra 74′), P. Lininja, V. Zaicikova, A. Poluhovica, A. Rocane, S. Voltane, O. Sevcova, A. Gornela, A. Valaka, K. Miksone.
Referee: Rita Vehapi
It-tim nazzjonali tan-nisa kiseb il-promozzjoni għal-League B tal-UEFA Nations League wara rebħa ta’ 2-1 fuq il-Latvja, minkejja li t-tim Malti mar fl-iżvantaġġ kmieni fit-tieni taqsima.
It-tim imexxi minn Manuela Tesse kellu bidu tajjeb u ħoloq bosta okkażjonijiet ta’ skor matul l-ewwel taqsima fost l-oħrajn permezz ta’ Kailey Willis.
Matul it-tieni taqsima, l-Latvja ħarġu fuq l-offensiva u fil-50 minuta marru fil-vantaġġ permezz ta’ penalty ta’ Karlina Miksone. Malta wettqu reazzjoni mmedjata u tmien minuti wara kienet Kailey Willis li b’daqqa ta’ ras preċiża għamlet l-iskor 1-1. Iżda minkejja li b’punt kien ikun biżejjed biex Malta tikseb il-promozzjoni, in-nisa Maltin irnexxielhom imorru fil-vantaġġ fit-72 minuta permezz ta’ Maria Farrugia li għamlet l-iskor 2-1.
B’hekk Malta temmet l-ewwel fi Grupp Ċ1 b’sittax-il punt, fejn f’dan il-grupp it-tim Malti ma sofra l-ebda telfa u sofra biss gowl wieħed.
//= $special ?>