Graziella Attard Previ, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ qalet fil-parlament li jeħtieġ azzjonijiet effettivi dwar il-mard sesswali.
Graziella Attard Previ tkellemt dwar il-GU Clinic u dwar il-mediċini PEP U PREP u appellat biex dawn jingħataw b’xejn. Dwar il-GU Clinic, id-deputat Nazzjonalista qalet li s-saħħa sesswali għadha tabu u l-problemi mhux jissolvew. Jeħtieġ li dan is-settur jittieħed bis-serjetà, appellat id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li l-mard sesswali jista’ jolqot lil kulħadd.
Il-GU Clinic mhijiex tiffunzjona kif suppost minħabba nuqqas ta’ riżorsi fejn għal appuntament ta’ rutina f’Mater Dei, il-pazjenti jridu jistennew. Dan ikompli joħloq il-periklu quddiem persuni attivi sesswalment; issa l-persuni li jċemplu qed ikunu mistoqsija għandhomx sintomi qabel jingħaatw apputament.
Is-sistema qed iġġiegħel lin-nies ma jgħidux il-verità. Il-ħinijiet tal-GU għandhom ikunu estiżi sa tard filgħaxija tul il-ġimgħa kollha għaliex issa tinfetaħ biss mit-Tejn sal-Ġimgħa. Issa qed tintalab ukol il-karta tal-identittà tal-persuni li jmorru l-GU Clinic, dan meta s-sess għadu tabu.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li dan iwassal biex il-persuni jistgħu jibqgħu lura mill-jattendu l-GU Clinic u sostniet li l-persuni għandhom dritt li jibqgħu anonomi. L-Istat hu obbligat li jassisti persuni li jimirdu minħabba s-sess. Jeħtieġ li jsiru kampanji qawwija ta’ edukazzjoni li jkunu effettivi u li l-gvern iqassam b’xejn il-kontraċettivi.
Graziella Atatrd Previ qalet li l-PEP u PREP għndhom jignħataw b’xejn u sostniet li fl-2021 Malta kienet dikjarata l-pajjiż fejn instabu l-aktar persuni bl-HIV bġala perstenaġġ għal kull persuna fl-Ewropa. Mill-2011 ir-rata ta’ HIV irduppjat.
F’Lulju 2023 il-gvern kien stqarr li kien hemm 113 każ ġdid ta’ HIV fl-2022 waqt li f’Amesertdan kien hemm biss disa’ każi biss ġodda fl-2022. Għalhekk jeħiteġ li jkun hemm il-prevenzjonijiet neċessarji.