L-iżbroff tal-vulkan Marapi fl-Indoneżja kompla tħalla bosta vittmi hekk kif membri tas-salvataġġ sabu disa’ persuni mejta, filwaqt li l-persuna oħra għadha ma nstabitx.
L-attività kontinwa tal-vulkan f’Marapi fixklet l-operazzjoni ta’ salvataġġ għal ġranet sħaħ.
Ahmad Rifandi, il-kap tal-moniteraġġ, stqarr illi tul il-jum tat-Tlieta biss kien hemm ħames żbroffi. Hu żied jgħid li l-vulkan f’Marapi għadu attiv ferm.
Waħda mill-hikers, Zhafirah Zahrim Febrina, kienet talbet lil omma għall-assistenza permezz ta’ video li għamlet minn ħdejn il-vulkan. Hi ġarbet ammont kbir ta’ ħruq u bħalissa qiegħda tittieħed il-kura fl-isptar.
Uffiċjali tas-salvataġġ se jkomplu bit-tfittxija tal-aħħar ‘hiker’ nhar l-Erbgħa.
.
//= $special ?>