L-Awtorita tal-Ippjanar ħassret laqgħa li kellha mas-sindki tal-lokalitajiet li ser ikunu qed jiġu affetwati jekk jibda jopera l-impjant tat-tarmak bejn l-Imqabba u l-Qrendi.
Din il-laqgħa kellha ssir it-Tnejn, propju fl-istess ġurnata li fiha Alison Zerafa Ċivelli, is-Segretarju Parlamentari li taħtha jaqgħu l-Kunsulli Lokali…saħqet ma’ Net News li se tkun qed tagħti l-appoġġ kollu tagħha lil dawn il-Kunsilli.
Fl-aħħar jiem kienu bosta dawk li oġġezzjonaw għal dan l-impjant; oġġezzjonijiet li waslu kemm mir-residenti kif ukoll mill-bdiewa u attivisti ambjentatli.
Jidher illi l-Awtorita tal-Ippjanar ħasret il-laqgħa li kellha skedata mal-Kunsilli dwar dan il-proġett kontroversjali – proġett illi diġa’ saru diversi protesti kontrih, anke minħabba l-fatt li dan l-impjant mistenni jħalli impatt fuq is-saħħa tar-residenti u se jaffetwa ħażin wkoll il-frott u l-ħaxix fl-għelieqi tal-viċin.
Il-kritika kontra dan l-impjant waslet mill-Kunsilli Lokali tal-Qrendi, l-Imqabba, Ħal Safi, ir-Rabat, iż-Żurrieq, Ħal-Kirkop u s-Siġġiewi.
//= $special ?>