Edukazzjoni Lokali

L-istudenti lura fil-binja tal-ICT wara li tħarbat il-programm edukattiv tagħhom

Wara li numru kbir ta’ studenti kellhom jaqilbu għall-lezzjonijiet onlajn, illum l-istudenti tal-MCAST irritornaw fil-bini tal-ICT wara xogħlijiet ta’ manutenzjoni essenzjali.

L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) tat l-approvazzjoni lill-MCAST biex jerġa’ jibda attivitajiet regolari fil-faċilità tal-ICT wara li tkun żgurata l-konformità mar-regolamenti tas-sigurtà.

Għaldaqstant, issa kemm l-istaff kif ukoll l-istudenti mistennija jerġgħu jibdew l-attivitajiet edukattivi tagħhom.

Din is-sitwazzjoni ħarbtet kompletament lill-istudenti tal-MCAST, filwaqt li bosta ġenituri li tkellmu ma’ Net News qalulna li ma jistgħux jifhmu kif ix-xogħol sar issa u mhux fix-xhur tas-Sajf.