‘Għamilna xi tibdil li rnexxa’
- George Vella, kowċ Naxxar Lions FC
‘Kienet logħba diffiċli kontra tim li għandu esperjenza ta’ Premier u f’logħbiet diretti bħal dawn din tiswa ħafna.’ Dan kien l-ewwel kliem li lissen il-kowċ ta’ Naxxar Lions George Vella wara li t-tim tiegħu għeleb lil Gudja United bl-iskor ta’ 2-1. Vella kompla hekk. ‘ Fl-ewwel taqsima batejna xi ftit iżda fit-tieni 45 minuta konna aħjar fejn għamilna xi tibdil filwaqt li l-plejers segwew dak li għedt jien fil-half time. Konna aktar kalmi biex ksibna r-raba’ rebħa mill-aħħar sitt partiti. Nemmen ħafna f’kull plejer li għandi għax biex twassal sat-tmiem trid skwadra tajba u taħdem flimkien.’
‘Dettal li jrebbaħ logħba’
- Alexandros Kouros, Floriana FC
‘Konna nafu li ser tkun partita diffiċli fejn wara kollox dan huwa derby kontra tim ta’ storja bħalma huwa Valletta’. Kliem id-difensur ta’ Floriana Alexandros Korous wara r-rebħa li l-Greens kisbu kontra Valletta b’gowl uniku skurjat fil-ħin miżjud. Huwa kompla jitkellem dwar din il-partita importanti. ‘Ħdimna ħafna matul il-ġimgħa għal din il-partita fejn logħbiet ta’ din ix-xorta jintrebħu bid-dettal kif fil-fatt ġara. Il-logħba kienet bilanċjata iżda aħna dejjem konna nemmnu li nistgħu nirbħu. Issa ninsabu waħidna fl-ewwel post u rridu nkomplu bil-ħidma tagħna u nħarsu lejn il-logħba li jmiss. ‘
KLASSIFIKA | L | PTI |
Floriana | 9 | 23 |
Ħamrun Spartans | 9 | 20 |
Marsaxlokk | 9 | 16 |
Sliema Wanderers | 9 | 16 |
Naxxar Lions | 9 | 15 |
Hibernians | 9 | 13 |
Birkirkara | 9 | 13 |
Balzan | 9 | 13 |
Gżira United | 9 | 11 |
Valletta | 9 | 10 |
Mosta | 9 | 10 |
Santa Lucia | 9 | 6 |
Gudja United | 9 | 5 |
Sirens | 9 | 2 |
L-AQWA SKORERS | GLS |
L. Montebello (Ħamrun Spartans) | 7 |
K. Reid (Floriana) | 7 |
Y. Messias (Marsaxlokk) | 7 |
S. Akinbule (Marsaxlokk) | 6 |
U. Djuranovic (Ħamrun Spartans) | 5 |
F. Falcone (Valletta) | 5 |
G. Bastianos (Hibernians) | 5 |
A. Ciolacu (Birkirkara) | 4 |
T. Aldama (Gżira United) | 4 |
M. Moreira da Silva (Naxxar Lions) | 4 |
L. Da Silva Souza (Balzan) | 4 |

LOGĦOB LI JMISS
Is-Sibt 9 ta’ Diċembru, 2023
Stadium Nazzjonali
2.00pm Valletta – Hibernians
4.15pm Mosta – Floriana
Centenary Stadium
2.00pm Sliema W. – Balzan
Il-Ħadd 10 ta’ Diċembru, 2023
Centenary Stadium
11.00am M’Xlokk – Sta Lucia
Stadium Nazzjonali
2.00pm Sirens – Naxxar L.
//= $special ?>