Lokali Milied 2023

“Milied Flimkien f’Ħal Qormi”

Fuq l-iniżjattiva tal-Għaqda Soċjo Mużikali Anici, bil-kolaborazzjoni tal-kunsill lokali u diversi għaqdiet volontarji Qriema, fis-17 ta’ Diċembru, se jkunu organiżżati diversi attivitajiet għal-familja kollha, b’risq il-Malta Trust Foundation. Bl-għan ewlieni jkun li jinġabru fondi li bihom, il-Malta Trust Foundation tkun tista tibqa tgħati għajnuna lill-familji li jiġu bżonn is-servizzi tagħha.

Din l-inizjativa waslet biex l-għaqdiet volontarji kollha f’ Ħal Qormi, jinghaqdu u flimkien mal-Kunsil Lokali u ż-żewġ parroċċi Qriema, jagħmlu festa ta’ ġenerożita’ bit-tema “Milied Flimkien f’Ħal Qormi”.

Intant, b’kontinwazzjoni ta’ din l-attivita l-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici, bil-kollaborazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Kattidral Metropolitan tal-Mdina ser tkun qed torganiżża kunċert fl-istess katidral nhar il-Ġimgħa ,12 ta’ Jannar fis-7:30pm.

Dan il-Kunċert ser jkun b’risq il-Malta Trust Foundation.

Il-biljetti se jkunu għall-prezz ta €10 (donazzjoni għall-Malta Trust Foundation).