Fl-4.00pm fis-Centenary Stadium, it-tim Malti tan-nisa se jkun qed jilgħab l-aħħar partita minn Grupp Ċ1 tal-UEFA Nations League tan-nisa fejn jekk it-tim Malti jikseb draw kontra l-Latvja, jikseb l-promozzjoni u awtomatikament ikun rebaħ dan il-grupp.
Din tkun l-ewwel darba fl-istorja li t-tim Malti tan-nisa jkun temm l-ewwel fi grupp kompetittiv. Fil-preżent it-tim Malti jinsab fl-ewwel post u għandu 13-il punt, segwit mill-istess Latvja b’10 punti.
Fl-aħħar ħarġa tagħhom it-tim Malti tan-nisa kiseb draw ta’ mingħajr gowls kontra l-Moldova u f’dan il-grupp għadu mingħajr telfa meta kiseb erba’ rebħiet u draw.