Tifel ta’ 7 snin qed jissielet għal ħajtu wara li lbieraħ, għall-ħabta tas-sagħtejn u kwart ta’ waranofsinhar kienn involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq il-Baċir, Raħal Ġdid.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li mara ta’ 51
sena u toqgħod Ħaż-Żabbar, kienet qiegħda ssuq Renault Captur, tilfet il-kontroll u ħabtet
ma’ trailer li kien ipparkjat. Fir-Renault, kien hemm ukoll it-tifel.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet il-vittmi l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw
il-kura meħtieġa. Aktar tard, it-tifel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji filwaqt li l-kundizzjoni tal-mara għadha pendenti.
Il-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>