Lokali Parlament

Tnaqqis fil-kwalità tal-ħajja fil-Belt


Darren Carabott, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Darren Carabott qal li bħalissa fil-Belt hemm tnaqqis fil-kwalità tal-ħajja minħabba li m’hemmx bilanċ bejn il-komunità residenzjali u dik kumerċjali.


Darren Carabott semma’ dak li qed iseħħ fil-Belt u qal li fil-Belt m’hemmx qabża fil-kwalità fejn ir-residenti u l-komunità kummerċjali mhumiex jimxu ‘il quddiem. Biex ftit jieħdu vantaġġ, dawn iż-żewġ aspett qed ibatu minħabba żbalji fid-deċiżjonijiet li qed jittieħdu.


Hu semma’ l-mużika u fakakr li din żdiedet għas-1am f’ċertu toroq. Il-PN kien kontra dan l-avviż legali u llum ingħata raġun għaliex hemm residenti, sididen ta’ ħwienet kummerċjali u sidien ta’ ristoranti li jsostnu li l-kwalit taxl-ħajja qed tonqos. Minflok il-Belt qed titjieb fil-kwalità lejn il-kultura u ħajja aħjar, l-aħbarijiet dwar il-Belt huma dominati minn ġlied.


Id-deputat Nazzjonalista qal li anki l-Prim Ministru stqarr li ma jħallix lit-tifla tiegħu timxi fil-Belt. Hu sostna li fl-2023 ma sarux avvanzi, prekawzjonijiet u liġijiet biex dawn l-aħbarijiet jimxu ‘l quddiem; anzi kien hemm filmati ta’ abbużi minn żgħażagħ fil-Belt. Il-Prim Ministru kien qal fil-parlament li intlaħaq il-bilanċ għaliex il-kwalità qed tonqos.


Darren Carabott tkellem dwar Santa Venera u qal li hemm diffikultajiet fejn il-gvern ma żammx keltmu dwar it-tisqif taż-żona ta’ Triq Reġjonali fuq il-pont. Il-gvern kien wieħed li dawn se jissaqqfu fi żmien erba’ snin; suppost li dan il-proġett diġà lest.


Is-sitwazzjoni qed toloq problemi ta’ saħħa għar-residenti li jgħixu fiż-żona. Il-gvern kien qal li hemm anki l-fondi allokati għal dan il-proġett għalkemm wara qalu li qed jikkunsidraw il-fondi biex issa l-gvern qed jgħid li l-istudji lesti iżda se jbiddlu l-pjanti; s’issa għadu ma sar xejn.