Lokali

Abela ma jemminx li l-istħarriġ tal-ewrobarometru huwa mera attwali tal-poplu

Dwar il-prezzijiet Abela jgħidilna biex nistaqsuh f’Jannar

50% tal-poplu Malti tal-fehma li l-Gvern sejjer fid-direzzjoni l-ħażina….agħar minn hekk, aktar minn 80% konvinti li l-istandard of living tagħhom matul is-sena d-dieħla se jkun qed jonqos.

Dan ħareġ mill-istħarriġ tal-Eurobarometer li twettaq bejn Settembru u Ottubru li għadda, mera kienet ċara is-sensazzjoni f’pajjiżna – riflessa ukoll minn stħarriġ ieħor imwettaq mill-Kamra tal-Intrapriżi Żgħar u Medji. Dan wara li fil-ġimgħat li għaddew intqal li 80% tan-negozji ma kienux qed jaħsbu li pajjiżna sejjer fid-direzzjoni tajba.

Net News staqsa lill-Prim Ministru Robert Abela dwar dan kollu, u insista li l-poplu biddel fehmtu malli sema’ d-diskors tal-budget …għaliex, skont hu, il-Gvern ta direzzjoni ċara.

Mistoqsi biex jagħti direzzjoni ċara kif sal-aħħar tal-2024 se jkun qed iraħħas il-prezzijiet tal-ikel u l-ħwejjeġ fost oħrajn…fil-ġlieda kontra l-għoli tal-ħajja…Abela qalilna biex nistennew sax-xahar id-dieħel.

Għaldaqstant għalissa l-poplu se jibqa’ fil-limbu, iħabbat wiċċu ma’ prezzijiet għoljin u jinfena f’sensazzjoni ta’ inċertezza.