Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Suprintendenza tas-Saħħa Pubblika, wara informazzjoni li rċieva għarraf lill-pubbliku li l-prodott Pan Masala m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih ingredjent ġdid mhux awtorizzat – Betel nut.
L-ingredjent msemmi, Betel nut, huwa kkunsidrat li jagħmel ħsara għas-saħħa. Huwa kklassifikat mill-IARC (Aġenzija Internazzjonali dwar ir-Riċerka fuq il-kanċer) bħala Karċinoġenu – Grupp 1, jiġifieri karċinoġenu għall-bniedem.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon –2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq admin.ehd@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.
//= $special ?>