Trident Park u The Brewhouse rebħu l-premju ġenerali fis-XVII Din l-Art Ħelwa (DLĦ) Architectural Heritage Awards Competition, għall-proġett tagħha fl-Imrieħel.
Id-dħul ta’ dan il-proġett rebaħ il-‘Judge Maurice Caruana Curran Award’, isem il-fundatur ta’ DLĦ, li jingħata lill-aqwa rebbieħ globali fil-kategoriji kollha. Waqt din is-serata tħabbru ukoll tliet premjijiet oħra fiċ-ċerimonja tal-Erbgħa li għadda.
Il-proġetti setgħu jirrelataw jew ma’ bini wieħed, kumpless ta’ bini, jew ma’ ambjent urban storiku jew pajsaġġ urban, iżda kellhom bżonn juru l-aħjar prattika u kunsiderazzjonijiet eċċellenti ta’ disinn u sostenibbiltà. Il-proġetti ġew iġġudikati fuq il-kwalità tax-xogħol esegwit, ir-rilevanza storika, kulturali, edukattiva u soċjali tagħhom, ir-riċerka preliminari mwettqa u l-mertu estetiku u viżwali.
Il-ġurija għal din is-sena kienet ippreseduta mill-membru tal-Kunsill ta’ DLĦ Maria Grazia Cassar, flimkien mal-periti Joanna Spiteri Staines u Patrick Calleja u l-Prof. Antonio Mollicone, kif ukoll il-perit rinomat Nick Bewick. Il-kompetizzjoni hija waħda mill-ħafna inizjattivi mill-NGO biex tinkoraġġixxi u timmotiva l-aħjar prattika arkitettonika. Din issir kull sena bl-appoġġ tal-Kamra tal-Periti.