Lokali Parlament

Ebda tolleranza għall-fastidju sesswali; il-PN jipproponi abbozz ta’ liġi dwar prevenzjoni


Darren Carabott, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Darren Carabott qal fil-parlament li m’għandu jkun hemm ebda tolleranza għall-fastidju sesswali fuq il-post atx-xogħol u appella lill-gvern biex iressaq u japprova l-abbozz li ppropona l-PN bħala prevenzjoni kontra l-abbuż sesswali.


Darren Carabott qal li f’Marzu ngħatat sentenza fil-qorti li fiha żball ta’ kelma fil-liġi wassat biex ma ssirx kundanna ta’ aġir li ma kienx aċċettabbli dwar fatsidju sesswali. Hu spjega li fil-liġi kien hemm nuqqas ta’ ċarezza fil-kuntest ta’ kif l-att sesswali jrid ikun offensiv, umiljanti u intimidatorji biex tinstab ħtija. B’din l-emenda issa minflok il-kelma ‘u’ se jkun hemm il-kelma ‘jew’ biex b’hekk waħda minn dawn iċ-ċirkostanzi tkun biżżejjed biex persuna tinstab ħatja ta’ fastidju sesswali.


Id-deputat Nazzjonalista qal li l-emenda għandha tassigura li ħtija tinstab jekk ikun ipprovat li jkun hemm abbuż wieħed offensiv, umiljanti u intimidatorju.


Hu rrifera wkoll għall-abbozz li ressaq il-PN biex ikun salvagwardjat li fuq il-postijiet tax-xogħol fejn hemm 50 ħaddiem jew iktar għandu jkun hemm policy kontra l-fastidju sesswali. Jeħtieġ li l-pajjiż juri tolleranza zero għall-fastidju fuq il-post tax-xogħol, sostna d-deputat Nazzjonalista, li appella biex il-gvern iressaq din il-liġi.


Wieħed minn kull tliet każi ta’ fastidju fuq il-post tax-xogħol ma jkunux rapporti minħabba biża’ jew nuqqas ta’ informazjzoni dar kif persuna tista’ tirrapporta dawn il-każi. Għalhekk jeħtieġ li malajr kemm jista jkun jiddaħħal abbozz kif qed jipproponi l-PN. Dawn il-policies għandhom jiddaħħlu f’kull post tax-xogħol iżda hemm numru ta’ limitazzjonijiet f’postijiet tax-xogħol li jaħdmu ftit nies minabba piżijiet li jiddaħħlu fuq min iħaddem. Statistika turi li tlieta minn kull erba’ nisa fuq il-post tax-xogħol huma esposti għall-fastidju sesswali.