Stħarriġ li sar mill-Eurobarometer juri kif fil-maġġoranza tal-Maltin qed jistennew li fix-xhur li ġejjin, il-livell t’għixien se jkun qed jonqos, filwaqt li nofs il-poplu jemmnu li l-affarijiet sejrin fid-direzzjoni l-ħażina.
Din l-istatistika ħarġet sitt xhur qabel isiru l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li se jkunu qed isiru bejn is-6 u d-9 ta’ Ġunju fost il-membri ewropej kollha.
Is-sena l-oħra kienu biss 13% li kienu jaħsbu li l-pajjiż sejjer fid-direzzjoni l-ħażina, biex illum hawn 50% li jemmnu l-istess ħaġa. F’kelma oħra, dan is-sentiment fost in-nies żdied b’37%.
Dan l-istħarriġ sar fost l-istati membri kollha bejn it-28 ta’ Settembru u l-15 ta’ Ottubru, b’510 Malti u Għawdxi jipparteċipaw fih, bl-età tal-parteċipanti tvarja bejn dawk kollha li jistgħu jivvutaw fl-elezzjonijiet tas-sena d-dieħla.
//= $special ?>