F’Villa Park, f’partita mistennija, Aston Villa ħasdu lil Manchester City meta għelbuhom bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl uniku tal-partita wasal fl-74 minuta meta x-xutt ta’ Leon Bailey kien devjat għal wara Ederson.
F’Old Trafford rebħa ta’ 2-1 għal Manchester United fuq Chelsea. Bruno Fernandes falla penalty wara biss disa’ minuti. Żewġ minuti wara huma fetħu l-iskor meta kien Scott McTominay li minn pożizzjoni ċentrali xeħet wara Sanchez għal 1-0. Ma’ tmiem l-ewwel taqsima Chelsea kisbu l-gowl tad-draw meta minn pass ta’ Mykhailo Mudryk kien Cole Palmer li kkonkluda wara Andre Onana għal 1-1. Fid-69 minuta Manchester United mill-ġdid fil-vantaġġ meta reġa kien Scott McTominay li mill-viċin għeleb lil Sanchez għal 2-1.
Rebħa importanti barra minn darhom għal Liverpool għand Sheffield United. Huma tefħu l-iskor minn gowl ta’ Virgil van Dijk, qabel fl-aħħar minuta tal-partita kien Dominik Dzoboszlai li aċċerta minn rebħa biex żammew il-pass ma’ Arsenal fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika.
Fi Craven Cottage rebħa faċli għal Fulham fuq Nottingham Forest bl-iskor ta’ 5-0. Il-gowls għal Fulham waslu permezz ta’ doppjetta kull wieħed għal Alex Iwobi u Raul Jimenez, u gowl ta’ Tom Cairney.
PREMIER LEAGUE
Ilbieraħ: Brighton v Brentford 2-1, C. Palace v B’Mouth 0-2, Fulham v Nott. Forest 5-0, Sheff. Utd v Liverpool 0-2, Aston Villa v Man City 1-0, Man Utd v Chelsea 2-1
Għada: Everton v Newcastle 8.30pm, Tottenham v Wsest Ham 9.15pm